Ministry for Social Policy - News

 

Diskors tal-Onor J Dalli waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar il-Familja


[22/01/2010]

NRU. 0124

Mr Speaker, Onorevoli Membri Parlamentari

Il-familja, il-bierah, illum u ghada, kienet ghadha u tibqa s-sies tas-socjeta' Maltija.
Kienet ghadha u tibqa' c-cellulla li tmantni s-socjeta' u l-istituzzjoni
li tibni lill-pajjizna.

Ghalhekk hu d-dmir taghna bhala Gvern u d-dmir tas-socjeta' kollha li f'dak kollu li naghmlu,
kull dettall tal-politika li noholqu u nattwaw, tkun indirizzata biex insahhu l-familja.

Mill-hamsinijiet 'l hawn, ir-rata li biha qed tinbidel il-familja Maltija u l-familja fl-Ewropa
zdiedet. Il-kuntest li fih qed tizviluppa l-familja qed jinbidel ukoll u dan qed igib mieghu sfidi
godda li jgibu maghhom bzonnijiet specifici.

Fost it-tibdil wiehed jista' jinnota li:

  • Qed jitwieldu anqas tfal
  • Qed jitwieldu aktar tfal barra z-zwieg
  • Il-koppji qed idumu aktar biex jibda jkollhom it-tfal
  • Qed jinfirdu aktar familji
  • Qed ikun hemm aktar tfal imrobbija minn genitur wiehed
  • Hemm aktar ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel.

Dan it-tibdil qed ikollu effett fuq it-trobbija tat-tfal u fuq il-hajja li qed jghixu fiha t-tfal taghna.
Malta minn dejjem kienet kburija bil-familji sodi u responsabbli li wettqu dmirijiethom lejn il-membri vulnerabbli
tal-familji bhat-tfal u l-anzjani, u dan il-gvern ihossu responsabbli li jwettaq dak li hemm bzonn biex il-familji
taghna jkunu jistghu jkomplu r-rwol importanti taghhom fis-socjeta'.

Illum qed jinholqu forom ta' relazzjonijiet. Nemmen li l-Gvern ghandu l-obbligu li jhares l-interessi ta' kull
cittadin f'pajjizna u ghandu jibni dawk l-istrutturi civili biex jassigura li r-responsabbiltajiet li c-cittadini
jassumu bejniethom jigu onorati u biex jassigura wkoll li kulhadd jidhol fil-qafas ta' infrastruttura socjali li
bnejna u li se nkomplu nibnu f'pajjizna.

Jiena nemmen li flimkien, ahna nistghu naffacjaw l-isfidi li gejjin mit-tibdil li ghaddejja minnu l-familja. Illum, nixtieq nerga nappella ghal sforz genwin u qawwi bejn il-forzi politici, ekonomici u socjali kollha biex il-familja f'pajjizna tkompli tissahhah billi naghmlu ghazliet responsabbli li jharsu lejn il-gejjieni tal-familji taghna.

Wahda mill-isfidi ewlenin hija li l-familja tkompli taqdi b'mod shih ir-rwol taghha fis-socjeta' u fl-istess hin tlahhaq mal-ispejjez tal-hajja. L-isfida mhix wahda ekonomika biss imma hija relatata mad-diffikulta tal-bilanc bejn familja u xoghol. Din il-kwistjoni ta' bilanc ma tikkoncernax biss lill-mara li tahdem izda tikkoncerna l-irgiel ukoll. Ahna nemmnu fil-valuri tax-xoghol u tal-edukazzjoni li jistghu jwasslu li l-familji jkunu jistghu jipprovdu huma stess ghall-bzonnijiet taghhom.

Il-familja dejjem kienet in-nieqa tat-trobbija u l-formazzjoni ta' uliedna. Ghalhekk:

Irridu naghtu sostenn shih lill-familji fejn genitur wiehed qed jerfa r-responsabbilta' ta' tnejn.

Irridu nergghu nibdew insahhu r-rabta inter-generazzjonali tal-familji.

Jiena nifhem illi f'dawn il-jumejn tal-konferenza se jqumu diversi opinjonijiet minn persuni diversi u nawgura li permezz ta' din il-konferenza nifhmu sew xi tfisser din l-istituzzjoni ghas-socjeta' taghna u naraw x'nistghu naghmlu aktar biex inkomplu nsahhuha.

DOI - 22.01.2010



Diskors tal-Onor J Dalli waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar il-Familja
Diskors tal-Onor J Dalli waqt il-Konferenza Nazzjonali dwar il-Familja