Ministry for Social Policy - News
Diskors mill-Onor J Dalli, fit-tnedija tas-sena Ewropea 2010 dedikata lill-glieda kontra l-faqar u l-eskluzjoni socjali[03/02/2010] NO. 0193 Eccellenza L-ghodwa t-tajba u nilqghakom ghat-tnedija ufficjali tas-sena Ewropea 2010 dedikata lill-glieda kontra l-faqar u l-eskluzjoni socjali. I would also like to welcome with us today Dr Marios Camhis, Acting Head of the European Commission Representation in Malta. Thankyou for honoring us with your presence and I augur today’s launch will give you an overview about the 2010 European year applied to the Maltese context. L-Unjoni Ewropea hija wahda mill-aktar zoni sinjuri fid-dinja, madanakollu
l-faqar xorta jibqa’ sfida ewlenija. Madwar 80 miljun Ewropew qed jghixu
f’riskju ta’ faqar, dan jammonta ghal 17 fil-mija tal-popolazzjoni
kollha Ewropea. Il-krizi ekonomika u finanzjarja dinjija halliet impatt fuq il-miri socjali
li kellhom pajjizi ewropej u l-persuni l-aktar vulnerabbli kienu fost l-aktar
li ntlaqtu. Il-Miri ewlenin tas-Sena Ewropea 2010 huma: 1. Rikonoxximent tad-drittijiet – taghraf id-drittijiet fundamentali,
l-bzonnijiet u d-dinjita’ ta’ persuni li qed jesperjenzaw il-poverta’
u l-eskluzjoni socjali biex jkollom sehem shih fis-socjeta’. 3. Koezjoni – Bil-promozzjoni ta’ socjeta’ aktar koerziva,
is-socjeta’ in generali tiggwadanja fit-tnaqqis tal-faqar. Is-sena Ewropea
ghandha l-ghan li tqajjem kuxjenza pubblika dwar kemm huwa ta’ beneficcju
ghas-socjeta’ li l-gid jinqasam bejn kulhadd u hadd ma jibqa’ lura. Is-sena Ewropea 2010 se ssir fis-27 stat membru u fin-Norvegja u l-Izlanda. L-attivitajiet se jkunu fuq livell Ewropew u fuq livell nazzjonali. Kull stat membru gie mitlub jinnomina kumitat nazzjonali organizzattiv biex jiehu hsieb il-fondi tas-sena Ewropea fuq livell nazzjonali. Il-Ministeru ghall-Politika Socjali waqqaf kumitat maghmul minn raprezentanti maghmul minn entitajiet pubblici differenti fi hdan l-istess Ministeru. Il-Ministeru, permezz ta’ dan il-kumitat fassal programm ta’ attivitajiet
li Malta se tkun qed torganizza ghas-sena Ewropea. L-ghan ta’ dan il-programm
hu li jilhaq l-objettivi tas-sena Ewropea b’kuntest Malti, bbazata fuq
studji tal-isfidi li Malta ghandha fil-qasam tal-poverta’ u l-eskluzjoni
socjali. Il-programm nazzjonali jhares lejn strategija ta’ komunikazzjoni
li ser tintuza. Il-programm jaghti importanza ta’ konsultazzjoni mas-socjeta’
civili u l-istakeholders. Organizzajonijiet Volontari ghandhom rwol importanti f’dawn l-attivitajiet minhabba li dawn jahdmu ma’ persuni vulnerabli fis-socjeta’ li qeghdin fir-riskju ta’ faqar u ta’ eskluzzjoni socjali. Dawn ser ikunu nvoluti f’attivitajiet ghas-Sena Ewropea. L-attivitajiet ippjanati ghal din is-Sena Ewropea huma numeruzi. Dawn huma intizi biex jindirizzaw l-aspirazzjonijiet ta’ dawk il-partijiet tal-poplu li qeghdin f’riskju ta’ faqar u eskluzzjoni socjali. L-attivitajiet tas-Sena Ewropea 2010 ser jikkommemoraw granet bhal jum internazzjonali tal-mara, jum dinji tas-sahha mentali, jum internazzjonali tat-tfal, jum internazzjonali ghall-anzjan u jum dinji ghar-refugjat. L-aspett ta’ poverta’ u l-eskluzzjoni socjali ser tinghata priorita’ f’dawn il-granet. Biex is-Sena Ewropea 2010, tinghata dimensjoni umana, Malta innominat 10 ambaxxaturi biex iwasslu l-messagg taghhom lil dik is-sezzjoni tal-populazzjoni rappresentata minnhom. Dawn il-persuni pubblici ser jahdmu direttament fuq punti li huma relatati direttament mal-poverta’ u l-eskluzjoni socjali u ser iservu biex jigi promoss l-ispirtu tas-Sena Ewropea. Dawn l-ambaxxaturi ser jiehdu sehem f’hafna minn dawn l-attivitajiet u jippromwovu l-objettivi tas-Sena Ewropea, u jghollu l-percezzjoni tal-importanza ta’ diskussjoni wieghsa fuq il-poverta’ u l-eskluzzjoni socjali. Dawn l-ambaxxaturi jirrappresentaw persuni vulnerabli bhal persuni b’disabilta’, nies bla dar, nies qieghda fit-tul u ex-prigunieri. Jiena nawgura li din is-sena tkun sena li tixpruna lill-poplu Malti kollu jinghaqad fi front wiehed kontra l-poverta’ u l-eskluzjoni socjali.
| |||
![]() |
|||

