Services - Social Housing

About

L-impenn ewlieni tal-Gvern fil-qasam tad-djar huwa l-akkomodazzjoni dicenti u ta' livell xieraq ghac-cittadini kollha. Ghaldaqstant, iridu jsiru sforzi fuq tlett aspetti sabiex kullhadd ikollu access u dritt ghall-abitazzjoni addattata skond il-mezzi tieghu. Dawn it-tlett aspetti huma:

  • l-intervent ta' l-istat biex jassigura akkomodazzjoni dicenti ghal xiri bi prezz sussidjat lil familji ta' dhul medju u li jkunu jistghu jlahhqu mieghu - housing affordability;
  • ir-rwol ta' l-istat biex jassigura stokk ta' djar b'kera socjali - social housing;
  • Ir-rwol ta' l-istat biex jindirizza oqsma ta' bzonnijiet specifici fejn il-provista ta' akkomodazzjoni wahedha m'hijiex bizzejjed - special needs housing.

Ghalhekk il-qasam tad-djar f'pajjizna jrid jigi trattat fuq livell komprensiv biex l-isforzi li jsiru jirriflettu r-realtajiet socjali ta' min hu fil-bzonn. Dan ifisser li jrid ikun hemm aktar sinergija bejn dawk kollha li jamministraw dan il-qasam, kif ukoll aktar gustizzja socjali sabiex jigi zgurat li jintlahqu l-bzonnijiet ta' dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Dan ifisser wkoll li jridu jkomplu jigu raffinati l-iskemi u l-incentivi sabiex jindirizzaw il-bzonnijiet rejali ta' dawk kollha li ghandhom diffikulta' fil-qasam tad-djar. Madanakollu, anki f'dan il-qasam il-Gvern irid jara li ma jsirx abbuz u ghalhekk qed jinholqu sistemi sabiex kull abbuz jigi identifikat u eliminat.